Il-President tal-Każakistan iddikjara stat ta’ emerġenza għal ġimagħtejn f’partijiet tal-pajjiż wara li protesti fuq iż-żidiet fil-prezz tal-fjuwil spiċċaw vjolenti.
Dimostrazzjonijiet kbar kienu rrappurtati f’diversi partijiet tal-pajjiż.
Il-Pulizija fl-ikbar belt tal-Każakistan użaw il-gass tad-dmugħ biex jikkontrollaw il-folol wara li anki tqabbdu bin-nar diversi vetturi.
F’digriet maħruġ mill-President ingħad li hu aċċetta r-riżenja tal-Gvern fost l-inkwiet fil-pajjiż.
Fl-ittra tħabbar ukoll li d-Deputat Prim Ministru, Alikhan Smailov, inħatar Prim Ministru Interim tal-Każakistan.