Żewġ żgħażagħ ta’ ħmistax-il sena li isimhom ma’ jistax jixxandar fuq ordni tal-Qorti flimkien żagħżugħ ta’ tmintax-il sena minn Ħaż-Żabbar ingħataw il-ħelsien mill-arrest wara li ġew mixlija li matul ix-xahar ta’ Diċembru huma serqu u għamlu xi ħsarat fuq numru ta’ muturi.
Iż-żagħżugħ ta’ tmintax-il sena ġie akkużat ukoll li kiser żewġ ordnijiet ta’ probation filwaqt li għall-oħrajn dan il-każ kien l-ewwel wieħed.
Id-Difiża talbet għall-ħelsien mill-arrest tat-tliet imputati, madanakollu il-prosekuzzjoni ma qablitx ma’ din it-talba fil-konfront tal-imputat li kiser l-ordnijiet ta’ probation waqt li talbet għall-kundizzjonijiet xierqa fil-każ taż-żewġ imputati l-oħra.
Għaldaqstant, il-Qorti ddeċidiet li tilqa’ t-talba għall-ħelsien mill-arrest tat-tliet imputati b’diversi kundizzjonijiet, fosthom li ordnat lit-tliet imputati sabiex jiffirmaw darbtejn fil-ġimgħa fl-eqreb għassa.
Il-Qorti tat il-ħelsien mill-arrest b’depożitu ta’ bejn mitejn u ħamsin ewro u ħames mitt ewro għaż-żagħżugħ ta’ tmintax-il sena.
L-akkużati kollha jridu jagħtu garanzija personali ta’ ħamest’ elef ewro.