Ġie arrestat raġel b’rabta man-nirien kbar li ħakmu lill-Parlament fil-kapitali tal-Afrika t’Isfel, Cape Town.
Kelliem għall-Pulizija qal li r-raġel qed jaffaċċja akkużi ta’ serq, li kkawża ħruq b’mod volontarju u daħal f’post li mhux tiegħu.
Ir-raġel mistenni jitressaq quddiem il-ġustizzja t-Tlieta.
Il-pumpiera kienu ilhom numru ta’ sigħat biex jitfu n-nirien.
Il-President tal-Afrika t’Isfel, Cyril Ramaphosa sejjaħ dan l-inċident bħala terribbli u devastanti u wiegħed li l-ħidma tal-Parlament se tissokta.
Filmati mix-xena tal-inċident juru duħħan iswed jimla l-ismewwiet, bi fjammi kbar ħerġin mis-saqaf tal-binja.
Il-Parlament ma kienx miftuħ għaliex għadu magħluq għaż-żminijiet tal-festi u ħadd ma weġġa’ f’dan l-inċident.
Uffiċjali qalu li n-nar beda fl-uffiċini tat-tielet sular.
Dan l-inċident seħħ l-għada tal-funeral statali tal-Arċisqof Desmond Tutu fil-Katidral ta’ San Ġorġ.