Għal darb oħra, il-bidu tas-sena qed jiġi mmarkat b’festa ta’ ġenerożità b’risq id-Dar tal-Providenza.
Illum f’nofsinhar infetħu l-linji tat-telefon u bdiet xandira diretta fuq l-istazzjonijiet televiżi kollha inkluż l-istazzjon ONE.
Il-maratona ta’ tnax-il siegħa infetħet mid-direttur tad-Dar tal-Providenza Fr Martin Micallef flimkien mal-Isqof Awżiljarju Monsinjur Joseph Galea-Curmi.
Fil-messaġġ tiegħu, Fr Martin Micallef ħeġġeġ lill-Maltin u lill-Għawdxin biex jibdew is-sena l-ġdida b’ġenerożità mal-proxxmu ħalli din id-dar tkompli bil-ħidma tagħha għal dawk l-aktar fil-bżonn.
Fuq Facebook il-Prim Ministru Robert Abela wkoll ingħaqad f’dan l-appell u ddeskriva x-xogħol ta’ din id-dar bħala imprezzabbli.
Il-maratona tibqa’ għaddejja sa nofsillejl.