Wara quddiesa solenni fil-Bażilika ta’ San Pietru fil-Vatikan, il-Qdusija tiegħu l-Papa Franġisku wassal messaġġ ta’ paċi lid-dinja kollha.
Fl-Urbi Et Orbi mit-tieqa tal-Palazz Apostoliku, il-Papa Franġisku qal kif f’qalbna għandu jkollna l-paċi magħna nfusna u mal-oħrajn.
Ir-rgħaj tal-Knisja Kattolika semma kif fil-ħajja ta’ kuljum irridu naħsbu fl-ifqar fost il-fqar, naħdmu għall-ġustizzja, u jkollna kuraġġ biex naħfru lil ħaddieħor ħalli tonqos il-mibegħda.
Fil-jum li l-liturġija tal-Knisja tfakkar lil Marija, il-Papa Franġisku talab lil Alla biex jagħtina kuraġġ f’dawn iż-żminijiet diffiċli li qed ngħixu fihom minħabba l-pandemija.
Huwa qal li ħsibijietu jmorru mal-ommijiet żgħar li qed ikollhom jaħarbu l-pajjiż bit-trabi minħabba l-kunflitti.
Quddiem mijiet ta’ nies, is-suċċessur ta’ San Pietru temm il-messaġġ tiegħu billi qal li kulħadd għandu jżomm f’moħħu li f’kull azzjoni li jwettaq, jara li jġib bidla pożittiva.