Fl-ewwel jum tas-sena l-ġdida, fit-Turkija, il-kontijiet tad-dawl tal-familji splodew ‘il fuq.
Dan hekk kif il-prezzijiet tad-dawl żdiedu b’130% għal xi familji.
Din iż-żieda saret minħabba r-raġuni li l-prezzijiet tad-dawl qed jiżdiedu kullimkien madwar id-dinja.
Apparti ż-żieda fil-kontijiet tad-dawl tal-familji Torok, hemm ukoll żieda fil-gass.
Dan hekk kif il-kumpanija statali tal-gass, BOTAS żiedet il-prezzijiet tal-gass b’25% fid-djar u b’50% fil-fabbriki u l-industriji.
Apparti minn hekk kien hemm żieda fil-prezzijiet tal-petrol.