Il-Prim Ministru għadda l-messaġġ tiegħu fil-bidu ta’ sena ġdida għall-Maltin u l-Għawdxin kollha.
F’messaġġ b’saħħtu u sinifikattiv, il-Prim Ministru Robert Abela ta sinjal ċar favur l-ambjent u li din is-sena se tkun waħda li tingħata iktar attenzjoni minn qatt qabel għaż-żieda ta’ spazji miftuħa u pjanar intelliġenti.
Fuq kollox Dr Abela qal li qed iħares ’il quddiem biex jara l-frott tal-akbar inċentivi ambjentali li Gvern ta’ Malta qatt nieda.
Fil-messaġġ tiegħu wkoll, il-Prim Ministru tkellem fuq il-pandemija u kif minkejja din, pajjiżna għamel kisbiet u l-poplu għex eqreb tan-normalità, f’sena li fiha ġie amministrat b’mod l-aktar effiċċjenti, il-vaċċin.
Il-Prim Ministru appella biex abbażi tax-xjenza u l-pariri tal-Awtoritajiet tas-Saħħa, nirċievu l-istedina għat-teħid tal-booster u t-tilqima kontra l-Covid-19 għat-tfal.