George Degabriele ta’ 54 sena mill-Kalkara baqa’ jinżamm arrestat wara li wieġeb mhux ħati għall-akkużi ta’ attentat ta’ qtil fost oħrajn. Dan wara li allegatament prova jtajjar lil oħtu bil-karozza.
Huwa tressaq il-Qorti l-Ġimgħa quddiem il-Maġistrat Charmaine Galea.
Il-Prosekuzzjoni spjegat li l-każ seħħ il-Ħamis filgħodu fix-Xgħajra waqt ġlieda kbira bejn il-qraba. Fil-fatt, il-Prosekuzzjoni spjegat li huwa allegatament ipprova jtajjar l-oħtu u ma laqatiex b’ċentimetri.
Dan fuq propjetà li kienet qed tinkera lill-vittma.
Il-Qorti ċaħdet it-talba għall-ħelsien mill-arrest tal-imputat minħabba l-gravità tal-akkużi u l-biża’ ta’ tbagħbis tal-provi.