“Waqt is-summit tal-COP26, li sar fi Glasgow, Malta kellha sehem attiv ħafna.”
Dan kien kliem il-Kummissarju Għoli Ingliż għal Malta, Katherine Ward f’intervista ma’ ONE News.
F’intervista magħna, Ward qalet kif Malta kienet strumentali, hekk kif irdupjat il-kontribuzzjoni tagħha fil-fond ambjentali tal-Ġnus Magħquda.
Hija tenniet, “It was really notable that Malta signed to many of the specific initiatives launched at this COP26, which relate to the use of the renewable energies, increase in electrification of vehicles. At the conference, Prime Minister Abela also announced the Low Carbon Development Strategy and doubling of Malta’s funding for the Climate Funding, etc. So, Malta was active positive participant in COP26.”
Fl-intervista ma’ ONE News, Katherine Ward innutat il-pożizzjoni ta’ Malta li taqsam l-esperjenza tagħha mal-pajjiżi żgħar dwar it-tibdil fil-klima.
Qalet kif dawn l-esperjenzi jistgħu jinqasmu fil-Commonwealth, hekk kif fis-sena elfejn tnejn u għoxrin se tkun iċċelebrata is-sebgħin sena tat-tmexxija tar-Reġina Eliżabetta t-Tieni u se jsiru bosta inizjattivi.
Ward stqarret, “In terms of what the Prime Minister said about small island states working together to share experiences, etc. That is incredibly useful and I know that there are plans afoot to look within the Commonwealth, how we can do that more.”
Fl-intervista magħna l-Kummissarju Għoli Ingliż f’Malta qalet kif ir-relazzjonijiet bejn Malta u r-Renju Unit imorru lura diversi snin.
Hija semmiet kif Brexit offriet sfidi ġodda, iżda r-relazzjonijiet bejn iż-żewġ pajjiżi baqgħu b’saħħithom.
Ward innutat kif sebgħin fil-mija tal-affarijiet tal-ikel li jaslu f’pajjiżna minn barra mill-Unjoni Ewropea għadhom jiġu impurtati mir-Renju Unit.
Dan filwaqt li matul l-elfejn wieħed u għoxrin, kien hemm żieda ta’ ħamsa u tletin fil-mija fit-turisti Ingliżi mis-sena ta’ qabel.
Qalet, “I don’t know whether you remember but Prime Minister Abela announced with De La Rue a new important investment by them, which was going to create jobs. And you see you’ve got big companies like HSBC, you’ve got Queen Mary University of London based in Gozo, that they are running a big university programme there. So we’ve still seeing British investment coming into Malta, which is really important.”
Hija qalet kif bħalissa għaddejja ħidma bejn iż-żewġ pajjiżi biex ikun hemm iżjed koperazzjoni fuq diversi setturi wara Brexit.
Ward tenniet, “And we are also working currently working with the Maltese government on a new whole framework of bilateral cooperation, which is going to cover a range of different issues. So actually we are looking to strength cooperation post-Brexit.”
Dan se jkun qed isir fid-dawl li matul l-elfejn tnejn u għoxrin, pajjiżna ser ifakkar it-tmenin sena mill-għoti tal-George Cross mir-Re Ġorġ VI għal qlubija tal-Maltin waqt it-Tieni Gwerra Dinjija.