Aktar testijiet li kellhom isiru llum fuq it-Tabib Victor Calvagna wrew li huwa ‘brain dead’, jiġifieri klinikament mejjet.
Ħabbret dan martu permezz ta’ messaġġ fuq Facebook fejn spjegat kif wera proprju dan MRI li kellu jsir illum fuq żewġha.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Calvagna, li huwa magħruf sew fil-qasam tas-saħħa f’Malta u huwa tabib tat-tfal, ttajjar minn karozza jumejn ilu fil-Qawra.
Martu spjegat kif wara r-riżultati tal-lum, se jkun qed jitwaqqaf it-trattament li kien qed jingħata fejn se titħalla f’idejn in-natura biex twettaq xogħlha.
It-Tabib Calvagna huwa magħruf l-aktar u maħbub ferm mat-tfal morda bil-kanċer u huwa l-President ta’ Puttinu Cares.