Bħal-lum 64 sena, il-Parlament Malti vvota favur riżoluzzjoni li wasslet lil pajjiżna iżjed viċin l-Indipendenza u l-Ħelsien tiegħu.
Dan hekk kif fit-30 ta’ Diċembru tal-1957, il-Parlament Malti b’mod unanimu għadda r-riżoluzzjoni Break with Britain.
F’dan iż-żmien kien hemm Gvern Laburista mmexxi minn Dom Mintoff u l-Oppożizzjoni Nazzjonalista mmexxija minn Ġorġ Borg Olivier.
Dan il-vot fisser li pajjiżna ried jinqata minn mar-Renju Ingliż.
Dan hekk kif il-ħaddiema Maltin li jaħdmu mal-Ingliżi bdew jitkeċċew, f’dak imsejħa run downs.
Dan wara li t-taħdidiet mal-Ingliżi dwar l-integration sfumaw fix-xejn.
Dan il-vot storiku fil-Parlament wassal biex komplew jissaħħu s-sentimenti lejn il-ħelsien tal-ħakkiem barrani minn artna.
Ftit xhur wara, f’April tal-1958, sar l-Istrajk Ġenerali, fejn il-ħaddiema Maltin qamu biex juru d-dwejjaq tagħhom ta’ kif qed jiġu ttratti mill-Gvern Ingliż.