Fl-aħħar sigħat, fiequ mija u tnejn u sebgħin persuna oħra mill-Coronavirus f’pajjiżna u feġġew elf, tliet mija u tlieta u ħamsin każ.
In-numru ta’ każijiet attivi bħalissa huwa ta’ għaxart elef, mija u sebgħa u tletin (.
Sal-bieraħ, ingħataw miljun, sittin elf, erba’ mija u erbgħa u għoxrin doża tal-vaċċin, li minnhom, mitejn u tlettax-il elf, tmin mija u sittax kienu dożi addizzjonali.
L-Awtoritajiet tas-Saħħa qalu li hemm erbgħa u disgħin persuna li qed jieħdu l-kura l-Isptar Mater Dei minħabba l-Covid, li sitta minnhom qegħdin fit-Taqsima għall-Kura Intensiva.
Fl-aħħar sigħat ma kienu rrappurtati l-ebda mwiet b’rabta mal-Covid-19.