Il-binja antika tal-parlament Awstraljan ingħata n-nar minn dimostranti waqt protesta favur is-sovranità tal-Aboriġini.
Ħadd ma weġġa’ f’dan l-inċident fejn il-bibien tal-Parlament ingħata n-nar iżda ġie kontrollat ftit wara.
Il-pulizija qalet li dan l-inċident seħħ wara ġimagħtejn sħaħ ta’ protesti biswit il-Parlament.
Qed jiġi rrapportat li numru ta’ dimostranti jagħmlu parti minn gruppi kontra l-gvern u jqisu lilhom infushom bħala ċittadini sovrani.
Il-Prim Ministru Awstraljan Scott Morrison ikkundanna dan l-att ta’ vjolenza u qal, “Dan mhux il-mod kif taħdem l-Awstralja.”