Il-Gvern Malti qiegħed jwassal l-awgurju tiegħu permezz ta’ erba’ disinji ta’ kartolini li ġew magħżula minn fost ammont ta’ xogħlijiet li tfal issottomettew għas-sejħa pubblika ta’ mart il-Prim Ministru Dr Lydia Abela.
Permezz ta’ kitba fuq Facebook il-Gvern Malti qal li d-disinji intgħażlu minn bord ta’ esperti artistiċi, bl-erbgħa magħżula ġew stampati sabiex jitqassmu fid-djar Maltin.
Madanakollu ix-xogħlijiet l-oħra qegħdin ikunu esebiti f’wirja ġewwa Spazju Kreattiv, fil-Belt Valletta.