Taljan ta’ 41 sena residenti Birkirkara u li kien qed isuq mutur ġarrab ġrieħi gravi wara li kien involut f’inċident ma’ karozza, f’Ħal Lija.
It-Taljan kien qiegħed isuq mutur tal-għamla Sym Symphony meta għall-ħabta tas-sebgħa u nofs ta’ filgħaxija, allegatament il-karozza telqet minn fuq il-post tal-inċident wara l-impatt.
Fuq il-post issejjaħ tim mediku li ta l-għajnuna lir-raġel u wara ttieħed lejn l-Isptar Mater Dei fejn kien iċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.