Stabbiliment f’Għawdex li jispeċjalizza fl-inbid u prodotti oħra tal-ikel mill-Italja, ingħata premju prestiġġjuż mill-Consorzio Del Vino Brunello Di Montalcino.
Din l-għaqda internazzjonali hija magħmula minn mitejn produttur ta’ esperjenza fl-inbid aħmar tat-tip Brunello f’Toskana fl-Italja.
Fl-aħħar tletin sena dan l-unur mar għand stabbilimenti f’Londra, fl-Iżvizzera, fil-Ġermanja, fl-Istati Uniti u anke fil-Ġappun.
Din is-sena, il-premju ngħata lil Vini e Capricci f’Għawdex immexxi minn Abraham Said.
Said tenna, “Dan l-unur ġie mirbuħ minna bħala vinoteka ġewwa Għawdex. Huwa unur għalina bħala stabbiliment, però huwa unur ukoll li fuq din il-mappa tal-consorsium tal-Brunelli de Moltancino illum tidher Malta, Għawdex.”
L-imprenditur Għawdxi qalilna kif huma lanqas biss kienu jafu li ġew innominati għal dan l-unur u qal li jħossu onorat li l-livell ta’ Malta u Għawdex f’dan il-qasam, kompla jissaħħaħ.