Il-Ministru Chris Cardona se jkun qed jikkontesta għall-kariga ta’ Deputat Mexxej tal-Partit Laburista wara r-riżenja tal-Ministru Konrad Mizzi mill-istess kariga.
Fl-ewwel reazzjonijiet tiegħu huwa qal li jixtieq li jara li l-Partit Laburista jibqa’ l-aktar partit b’saħħtu fil-pajjiż u jekk jokkupa l-kariga ta’ Deputat Mexxej se jkun qed jaħdem biex jassigura li dan iseħħ.