Raġel ta’ 30 sena minn Birkirkara tilef ħajtu wara li allegatament waqa’ minn għoli mill-Ġnien ta’ Hastings fil-Belt.
Fi stqarrija, il-Pulizija qalet li l-każ seħħ ilbieraħ għall-ħabta tas-sitta u kwart ta’ filgħaxija.
Il-Pulizija assistiet il-vittma li waqgħet fil-foss ta’ San Ġakbu u ġie ċċertifikat mejjet fuq il-post waqt investigazzjonijiet preliminari.
Il-Maġistrat tal-Għassa Dr Elaine Mercieca ġiet infurmata bil-każ, bl-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.