B’rabta mal-ħatra ta’ Clifton Grima bħala Ministru għall-Edukazzjoni u l-Isport, il-Unjin tal-Għalliema, l-MUT, awgurat lil Grima u qalet li qed tħares ’il quddiem li taħdem miegħu għall-ġid tal-edukaturi u l-istudenti.
Min-naħa tagħha, l-Għaqda Ġurnalisti Sports ferħet ukoll li Grima u nnutat b’sodisfazzjon li l-Prim Ministru Robert Abela talli ta każ is-suġġeriment tal-istess Għaqda u ta’ diversi entitajiet sportivi dwar il-ħtieġa li l-isport ikun elevat għal-livell ta’ Ministeru.
L-Għaqda rrimarkat li Grima diġà kien politikament responsabbli għall-isport u d-deċiżjoni tal-Prim Ministru kienet waħda għaqlija.
Aqra wkoll: