Il-bank BOV ħabbar li tmien fergħat madwar il-pajjiż ser ikunu qed jipprovdu servizz limitat jew ser ikunu magħluqa temprarjament, dan minħabba numru ta’ impjegati li jinsabu pożittivi għall-COVID-19 jew inkella jinsabu fi kwarantina.
F’kitba fuq Facebook il-bank ħabbar li l-fergħat tan-Naxxar u Birkirkara ser ikunu magħluqa b’mod temporanju u mistennija jerġgħu jiftħu l-bibien minn għada 28 ta’ Diċembru.
Intant, il-fergħat tan-Nadur u x-Xagħra huma magħluqa temporanjament u s’issa m’għandhomx data ta’ ftuħ.
Il-fergħat ta’ Birżebbuġa, Ħ’Attard, l-Imsida u Fleur de Lys ser ikunu qed jipprovdu servizz limitat, b’ammont ta’ servizzi offruti permezz ta’ appuntament minn qabel.
Il-bank ħeġġeġ lill-klijenti tiegħu jnaqqsu r-riskju ta’ kuntatt ma’ persuni oħra filwaqt li jinfurmaw irwieħhom dwar dan it-tibdil.