Fl-Iskozja, Wales u l-Irlanda ta’ Fuq daħħlu fis-seħħ restrizzjonijiet ġodda, bit-tama li jnaqqsu n-numru ta’ każijiet ġodda.
Fost il-miżur li daħħlu hemm iż-żamma tad-distanza soċjali kif ukoll hemm limitu ta’ persuni li jkunu fi grupp. Fil-fatt, mil-lum attivitajiet ġewwa għandhom ikunu sa massimu ta’ 100 persuna bilwieqfa jew 200 bilqiegħda. Filwaqt li attivitajiet barra jistgħu jattendu għalihom 500 persuna.
Il-Prim Ministru Ingliż s’issa ma ħabbar l-ebda restrizzjoni oħra fl-Ingilterra. Madanakollu, huwa tenna li mhux se jżomm lura jekk ikun hemm bżonn li jiddaħħlu aktar miżuri.
Fir-Renju Unit, illum mhux ħa jitħabbru n-numri u lanqas ilbieraħ, iżda lejliet il-Milied in-numri ta’ każijiet ġodda kienu l-ogħla li qatt kienu, fil-fatt ir-rati qabbżu l-122,000.