Wara li f’nofisinhar ingħata bidu għal edizzjoni oħra tal-Istrina, s’issa nġabru aktar minn €4,000,000 fl-ewwel tmien sigħat.
L-Istrina qed tixxandar fuq l-istazzjonijiet televiżivi kollha, inkluż l-istazzjon ONE kif ukoll onlajn u fuq ir-radju Magic 91.7.
Minkejja li kif ħabbru aktar kmieni din il-ġimgħa l-President tar-Repubblika George Vella u martu Miriam Vella m’attendewx fiżikament għall-Istrina, huma xorta qegħdin iwieġbu t-telefonati.
Wieħed jista’ jagħmel id-donazzjoni tiegħu fuq in-numri hawn taħt: