Sitt persuni mietu filwaqt li 13 oħra weġġgħu f’attakk suwiċida fil-Kongo.
L-attakk seħħ ilbieraħ quddiem ristorant li kien mimli sa ruħ ommu b’nies jiċċelebraw jum il-Milied.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Il-pulizija żammew lil raġel li kien imdawwar bl-isplussiv milli jidħol ġor-ristorant, iżda hu sploda lilu nnifsu fid-daħla.
S’issa l-ebda grupp terroristiku ma ħa r-responsabbilità ta’ dan l-attakk, madanakollu l-uffiċjali qed jissuspettaw li dan twettaq minn grupp militanti li għandu rabtiet mal-Istat Iżlamiku.