Aktar minn 4,000 titjijra li kellhom isiru globalment bejn ilbieraħ u llum tħassru, hekk kif numru ta’ persuni qed jerġgħu jaħsubha milli jivvjaġġaw għal żmien il-Milied minħabba ż-żieda fin-numri ta’ każijiet tal-COVID-19, fost oħrajn.
Kwart mit-titjiriet imsaħħra kellhom isiru fl-Amerika. Fil-fatt, dan se jkompli jagħti daqqa ‘l isfel lil-linji tal-ajru Amerikani li għadhom qed jipprovaw jieħdu r-ruħ wara li l-pandemija wasslet għal telf kbir fl-operat tagħhom.
Uħud mit-titjiriet kellhom jiġu mħassra minħabba li l-maġġoranza tal-ekwipaġġ irriżultaw fil-pożittiv għall-virus u għalhekk jinsabu fi kwarantina.