L-Ekwador ħabbar li l-vaċċin kontra l-Covid-19 ser ikun mandatorju għal diversi ċittadini.
Intqal li din il-miżura kienet waħda bżonnjuża fid-dawl taż-żieda ta’ infezzjonijiet u t-tixrid tal-varjanti fosthom l-Omicron.
Il-Ministeru għas-Saħħa tal-Ekwador sostna li hemm biżżejjed dożi biex titlaqqam il-popolazzjoni kollha iżda dawk li għandhom raġunijiet mediċi għalxix ma jistgħux jieħdu l-vaċċin, ser jiġu eżentati.
Il-bqija tal-popolazzjoni li għandhom ‘il fuq minn ħames snin, iridu jitlaqqmu.
Fl-Ekwador tlaqqmu aktar minn 77% tal-popolazzjoni b’żewġ dożi tal-vaċċin filwaqt li aktar minn 900,000 persuna tlaqqmu bid-doża tal-booster.
Il-Ministeru sostna li t-tilqim huma tarka ta’ protezzjoni kontra l-virus li qed jgħin biex jipprevjeni lin-nies milli jimirdu serjament, milli jidħlu l-isptar u saħansitra, milli jmutu.