Raġel ta’ tnejn u ħamsin sena li joqgħod Pembroke sofra ġrieħi gravi wara li waqa’ madwar tliet sulari.
Il-każ seħħ għall-ħabta tas-siegħa ta’ waranofsinhar waqt li r-raġel kien qed jagħmel xi xogħol f’xaft f’binja f’Xatt il-Mollijiet, il-Marsa.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Huwa ngħata l-ewwel għajnuna mill-membri tal-Protezzjoni Ċivili u minn tim mediku, u ttieħed l-Isptar Mater Dei għal aktar kura fejn ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.