B’seħħ mil-lum, il-ħinijiet tal-viżitaturi għall-pazjenti fl-isptar Mater Dei se jinżlu għal siegħa, bejn il-5pm u s-6pm.
Għal kull pazjent jista’ jżuru persuna waħda biss liebsa l-maskra.
It-tmexxija tal-isptar qalet li min iħossu ma jiflaħx għandu jevita milli jżur il-pazjenti.
Il-ħinijiet tal-missirijiet jew persuni oħra mal-ommijiet li jkunu se jwelldu jew waqt il-ħlas se jibqa’ kif kien qabel u mhux se jiġi affettwat.
Fid-djar tal-anzjani, il-ħinijiet tal-viżitaturi se jibqgħu kif inhuma għaliex ir-residenti ħadu l-booster.