Ir-raġel li ilbieraħ waqa’ madwar sular u nofs fil-Marsa ġie identifikat bħala Somalu ta’ 39 sena li joqgħod Birżebbuġa.
L-għajnuna kienet mgħajjtha ilbieraħ għall-ħabta ta’ nofsinhar meta l-Pulizija ġiet infurmata li r-raġel waqa’ fiż-Żona Industrijali tal-Marsa.
Is-Somalu ingħata l-assistenza minn tim mediku u ġie ċċertifikat li kien qed isofri minn ġrieħi serji.
Il-Maġistrat tal-Għassa Dr Leonard Caruana ġie nfurmat bil-każ u bl-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.