Il-kumpanija British American Tobacco (BAT) ħawlet ‘l fuq minn 140 siġra indiġena fl-Aħrax tal-Mellieħa.
Fost is-siġar imħawwlin kien hemm dawk tal-Ħarrub, Ċipru tal-Mediterran, Buckthorn tal-Mediterran, u Ballut.
Dan bħala parti mill-istrateġija Ambjentali, Soċjali, u Governanza (ESG) li qed tħaddan l-istess kumpanija.
L-att serva ukoll ta’ attività għall-impjegati tal-kumpanija li kienu huma li ħawwlu dawn is-siġar.
Clint Bajada minn BAT Malta, innota kif dan il-proġett mhux biss ser igawduh il-familji Maltin u Għawdxin iżda ser jikkontribwixxi ukoll għas-sostenn tal-flor u l-fawna indiġena Maltija.
Dan kollu itella’ b’kollaborazzjoni mal-għaqda volontarja ACT, li ukoll taħdem fuq il-konservazzjoni tal-abitat naturali tal-flora u l-fawna indiġeni Maltin.
Claude Ebejer mill-għadqa volontarja laqgħu b’sodisfazzjon l-inizjattiva ta’ BAT Malta u rringrazzjawhom tal-kontribut tagħhom lejn il-bijodiversità endemika.