Tul il-jum tal-Erbgħa kompla jinstema’ l-każ tal-allegat ħasil ta’ flus u li nvolva madwar €20 miljun.
Fil-fatt, tul is-seduta tal-Erbgħa ġie spjegat kif il-Pulizija u l-uffiċjali tad-Dwana kienu ilhom snin jinvestigaw u josservaw il-movimenti tal-allegati imputati involuti f’dan il-każ.
Id-difiża tal-imputati Hesham Zayed u Essam Mohamed Edernawi li qed jaffaċċjaw il-ġustizzja staqsiet lil uffiċjal tad-Dwana li tela’ jixhed waqt is-seduta minn meta skattat l-investigazzjoni f’dan il-każ.
Hawnhekk ix-xhud naqas milli jipprovdi data speċifika madankollu sostna li ilha għaddejja s-snin.
Id-difiża quddiem il-Qorti sostniet ukoll li filwaqt li hemm każ fil-konfront tal-imputati għad ma hemmx bażi għal akkużi ta’ ħasil tal-flus fil-konfront tal-kumpaniji msemmija.