Ir-rigali li tpoġġew taħt is-siġra tal-Milied fi Pjazza Kastilja, fl-inizjattivà ‘Rigal b’Imħabba’ bdew jitqassmu lit-tfal.
Dan wara li fil-ġimgħat li għaddew, eluf poġġew ir-rigali tal-Milied għal dawn it-tfal.
F’din l-inizjattivà li saret minn mart il-Prim Ministru Lydia Abela u bintha Giorgia Mae, hemm is-sehem tal-korpi dixxiplinati.
F’filmat fuq il-paġna uffiċjali tal-Gvern fuq Facebook, wieħed jista’ jara l-proċess qabel dawn ir-rigali bdew jiġu mqassma lil dawn it-tfal.
Membri tal-korpi dixxiplinati ġabru r-rigali li kien hemm taħt is-siġra tal-Milied fi Pjazza Kastilja u wara permezz tat-trakkijiet tagħhom ħaduhom lejn il-Malta Film Studios.
Hekk kif dan il-post intuża bħala maħżen qabel bdew jitqassmu r-rigali.
Din l-inizjattivà, li saret għat-tieni sena għenet sabiex it-tfal kollha jkunu ferħanin u jirċievu rigal b’imħabba matul dawn iż-żminijiet ta’ festi.