Xjentisti Ingliżi qalu kif dawk li qed jimirdu bil-varjant il-ġdid tal-Covid-19, l-Omicron qed ikollhom sintomi ħfief, meta mqabbel ma’ dawk li mardu bil-varjant Delta.
Dan ħareġ minn informazzjoni li kisbu, hekk kif il-varjant Omicron qed jiddomina u żied sew il-każijiet fir-Renju Unit.
Minkejja li s-sintomi tal-Omicron huma ħfief, xorta waħda qed tiżdied il-pressjoni fuq il-ħaddiema tas-saħħa, hekk kif qed jiżdiedu l-każijiet fl-isptarijiet.
L-Awtoritajiet tas-Saħħa tar-Renju Unit qalu kif il-protezzjoni għal varjant Omicron, hija d-doża tal-booster.