Eugenio Lanzon ta’ 33 sena ngħata sentenza sospiża u multa ta’ €2,000 wara li ammetta li beżaq f’wiċċ uffiċjal tal-pulizija f’għassa tal-Pulizija.
Huwa tressaq il-Qorti t-Tlieta filgħodu fejn ġie spjegat li huwa kien ittieħed l-għassa tal-Pulizija ta’ Birkirkara wara li kien xurban u kiser il-paċi pubblika.
Huwa ġie mixli wkoll li pprova jinterferixxi fl-ordnijiet tal-Pulizija, li kiser il-paċi pubblika u li ma kienx liebes maskra.
Id-difiża spjegat li l-maskra tqattgħet minn ma’ wiċċ l-imputat waqt l kien qed jiġi arrestat.
Fid-deċiżjoni tagħha l-Qorti ħadet inkunsiderazzjoni l-ammissjoni kmieni tal-imputat. Għalhekk tagħtu sitt xhur priġunerija sospiżi għal sentejn.
Huwa ngħata wkoll massimu ta’ 3 snin biex iħallas il-multa.