Ħaddiem ta’ sitta u erbgħin sena mill-Gambja tilef ħajtu waqt li kien qiegħed jagħmel xogħol ta’ manutenzjoni f’tank fejn jinħażen il-fjuwil f’Ħas-Saptan, limiti ta’ Ħal Għaxaq.
Il-Pulizija qalet li kienet għall-ħabta tal-kwarta ta’ waranofsinhar li ntalbet l-assistenza.
Fuq il-post marru jassistu l-membri tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili kif ukoll tim mediku mid-Dipartiment tal-Emerġenza tal-Isptar Mater Dei.
Mill-investigazzjonijiet illi saru rriżulta li l-vittma tilef ħajtu waqt kien qiegħed fuq ‘high-up’.
Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Dr Claire Stafrace Zammit, li ordnat li ssir inkjesta u ħatret diversi esperti biex jassistuha.
Fil-fatt fuq il-post dehru diversi esperti forensiċi.