Fl-aħħar sigħat fiequ 71 persuna oħra mill-Coronavirus f’pajjiżna u feġġew 386 każ.
In-numru ta’ każijiet attivi bħalissa huwa ta’ 2,505.
Sal-bieraħ, ingħataw 1,016,374 doża tal-vaċċin, li 175,395 minnhom kienu tal-booster.
L-Awtoritajiet tas-Saħħa ħabbru li bħalissa hemm 40 persuna pożittiva għall-Covid-19 li qed jieħdu l-kura fl-Isptar Mater Dei; li ħamsa minnhom jinsabu fit-Taqsima għall-Kura Intensiva.
Fl-aħħar sigħat, ma ġew irrappurtati l-ebda mwiet b’rabta mal-Covid-19.