Għal dan il-Milied irċivejna rigali differenti, forsi xi rigal li tant ilek tistenna jew xi żjara minn familjari jew ħabib bħala sorpriża. Xi kultant l-isbaħ rigal ma jkunx materjali iżda jkun wieħed emozzjonali u li jibdillek ħajtek mil-lejl għan-nhar. Iċ-ċkejken Friedrich, dan il-Milied irċieva l-isbaħ rigal li qatt seta’ jirċievi hekk kif din il-koppja adottatu. Tispikka l-emozzjoni u l-biki ta’ ferħ meta dan it-tifel irrealizza li l-ebda Santa Klaws ma’ seta’ jtih dan ir-rigal.