Li tagħti l-ħajja lil xi ħadd hija bla dubju wieħed mill-isbaħ rigali li qatt tista’ tirċievi. Meta tmut tista’ tħalli warajk persuna oħra li tgħix bl-organi tiegħek, u dan tista’ tagħmlu b’daqqa ta’ pinna fuq applikazzjoni. Persuni li għandhom minn sittax-il sena ‘l fuq jistgħu jsiru donaturi tal-organi.
Meta persuna tħalli din id-dinja, l-familjari ma jkunux jistgħu jagħtu l-organi tagħha mingħajr ma tkun imtliet din l-applikazzjoni qabel il-mewt sakemm il-persuna ma tkunx minuri taħt is-sittax-il sena.
Bilfors irrid nagħti l-organi kollha?
Wieħed jista’ jiddeċiedi liema organi joffri.
Meta jibda l-proċess biex jingħataw l-organi?
It-tabib jista’ jiproċedi bil-proċess li jitneħħew l-organi ladarba l-persuna tiġi ċertifikata mejta.
X’taħseb il-Knisja?
Il-Knisja Kattolika tinkoraġġixxi li l-organi jingħataw bħala donazzjoni wara l-mewt.
Tista’ timla l-applikazzjoni fuq dan is-sit.