Silvio Grixti qal li se jkun qed jirriżenja minn Membru Parlamentari.
F’kitba fuq il-paġna tiegħu fuq il-facebook, Dr Grixti qal li l-prijoritajiet tiegħu fiż-żmien li ġej imorru lil hinn mill-ħajja politika.
Saħaq li ma jridx jokkupa siġġu parlamentari f’perjodu fejn mhux se jkun iffukat mija fil-mija biex jirrappreżenta l-kostitwenti u l-pazjenti li tant huma għal qalbu u li dejjem irrispettahom u huma rrispettawh lura.
Grixti temm il-messaġġ tiegħu li l-pajjiż jibqa’ jeħtieġ lill-Partit Laburista u l-Prim Ministru Robert Abela biex jibqgħu jmexxuh ’il quddiem.