Il-Partit Laburista saħaq li trid tkun ma tistħix biex ikun jismek Bernard Grech u toħroġ stqarrija titkellem fuq evażjoni ta’ taxxa.
Fi stqarrija qasira iżda sinifikattiva għan-nuqqasijiet fiskali ta’ Bernard Grech, il-Partit Laburista qal li tant mhux kredibbli l-Kap tal-Oppożizzjoni li kull kumment ieħor dwar dak li qal ikun żejjed.
Bernard Grech għamel snin ma jħallasx eluf ta’ ewro f’taxxa u VAT dovuta.