Aimen Said Giali El Baden, li kien qatel lill-istilista tax-xagħar Alfie Rizzo, kellu talba għall-ħelsien qabel suppost, miċħuda.
Huwa mistenni joħroġ mill-ħabs f’Awwissu li ġej wara li jkun skonta piena ta’ 25 sena ħabs fuq il-qtil u seba’ snin oħra ħabs talli kien ħarab mill-ħabs ta’ Kordin.
Il-Libjan ma kienx ingħatat piena ta’ għomor il-ħabs għaliex meta wettaq id-delitt kien għad kellu 17-il sena u allura minuri.
Il-Qorti osservat li r-rikors li għamel il-Libjan kien l-istess bħal dak li għamel xahar ilu u li fuqu l-Qorti wkoll ċaħdet it-talba.
Rizzo kien miet wara li qala’ 17-il daqqa ta’ sikkina fis-salon tiegħu fi Frar tal-1998.