Ħames immigranti ingħataw sentenza ta’ 84 xahar ħabs bejniethom, hekk kif instabu ħatja li kienu nvoluti f’rewwixta fiċ-ċentru ta’ detenzjoni f’Ħal Safi.
Żewġ immigranti oħra minorenni tressqu bl-istess akkużi, u ma nstabux ħatja.
Fil-Qorti ntqal kif dakinhar tar-reat, l-immigranti bdew iħaffru toqba f’ħajt u bdew jaħarbu minnha.
Hawn intuża wkoll pepper spray u balal tal-lastiku, hekk kif pulizija u uffiċjali taċ-ċentru bdew jikkalmaw is-sitwazzjoni.
Intqal li l-immigranti bdew igaraw ukoll knatan, u oħrajn bdew jagħtu b’biċċiet tal-ħadid u ħarqu s-saqqijiet.
Hawn weġġgħu ukoll diversi uffiċjali tal-pulizija.
Wieħed mill-akkużati weħel ukoll multa ta’ €4,000.