Il-Qorti ċaħdet it-talba tal-ħelsien mill-arrest ta’ Jamie Vella, li hu akkużat li ġab f’Malta l-bomba li qatlet lil Daphne Caruana Galizia.
Il-Qorti nnutat li Vella huwa akkużat b’wieħed mill-aktar reati serji, u għalhekk ċaħdet it-tieni talba tal-ħelsien mill-arrest tal-imputat.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Ġie nnutat ukoll kif ma nbidlux iċ-ċirkostanzi mindu Vella talab għall-ħelsien mill-arrest l-ewwel darba, u għalhekk xorta waħda għad hemm biżà t’intralċ tal-provi.