Attivisti mill-organizzazzjoni Little Paws Protector, ħolqu kalendarju mill-isbaħ għas-sena 2022 bil-għan li jgħinu qtates abbandunati.
Mżewwaq b’ritratti ta’ qtates li ġew adottati, il-kalendarju jista’ jinxtara mingħandhom dirett għall-prezz ta’ €5 – liema flus se jkunu qed jgħinu aktar minn sebgħin qattus u qattusa li ġew abbandunati.
Il-kalendarju jista’ jinxtara wkoll minn Central Veterinary Pharmacy fil-Ħamrun.
Rappreżentanta għal Little Paws Protector, Roxanne Busuttil, spjegat kif permezz ta’ dawn il-fondi miġbura jkunu jistgħu joħolqu aktar għarfien dwar l-importanza tat-tiswija tal-qtates u kif ukoll ikunu jistgħu jieħdu ħsieb qtates abbandunati permezz ta’ ikel, kura għand veterinarju fost oħrajn.