L-Unjoni Ewropea permezz tal-Kummissjoni Ewropea ħabbret li fl-ewwel tliet xhur tas-sena l-ġdida se tkun qed tirċievi 20 miljun doża iżjed minn dak miftiehem mal-kumpanija Pfizer.
Fi stqarrija, il-Kummissjoni Ewropea qalet kif dawn id-dożi tal-vaċċin se jkunu qed jitqassmu madwar il-membri stati tal-Unjoni Ewropea sabiex ikun miġġieled il-varjant il-ġdid tal-Covid-19, l-Omicron.
Varjant li mistenni jkun dominanti fil-kontinent Ewropew sa nofs Jannar li ġej.
Matul is-sena 2022, l-Unjoni Ewropea mistennija tirċievi 650 miljun doża tal-vaċċin tal-Pfizer.