Il-Ħadd filgħodu mat-toroq tal-belt tal-Birgu saret il-purċissjoni tal-Bambin.
Purċissjoni li se f’diversi lokalitajiet f’pajjiżna, f’dawn iż-żminijiet, wara nuqqas ta’ sena minħabba l-pandemija tal-Covid-19.
F’din il-purċissjoni tradizzjonali, li din is-sena qed tagħlaq 100 sena mill-ewwel waħda li saret fil-Ħamrun minn San Ġorġ Preca, ġew imsegwa l-miżuri kollha tal-awtoritajiet tas-saħħa.
Matul il-purċissjoni ħadu sehem diversi tfal, fejn imxew wara l-figura ta’ Ġesu’ Bambin fil-maxtura biex ifakkru t-twelid ta’ Iben Alla li sar bniedem.