Mara ta’ 62 sena minn-Naxxar weġġgħet gravi f’inċident tat-traffiku li seħħ bejn erba’ karozzi f’San Pawl il-Baħar.
L-inċident seħħ ilbieraħ għall-ħabta tal-erbgħa ta’ wara nofsinhar fi Triq Burmarrad.
Minn investigazzjoni preliminari rriżulta li kienet seħħet ħabta bejn erba’ karozzi misjuqa mill-vittma, raġel ta’ 48 sena minn San Pawl il-Baħar, raġel ta’ 55 sena mill-Mellieħa u raġel mix-Xewkija ta’ 55 sena.
Fuq il-post issejjaħ tim mediku li ta l-ewwel għajnuna lill-mara, hija ttieħdet l-Isptar Mater Dei għal aktar kura.
Il-persuni l-oħra involuti fl-inċident ma sofrew l-ebda ġrieħi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.