Il-Ġermanja saret l-aħħar pajjiż li qed jiprojbixxi d-dħul tal-biċċa l-kbira tal-persuni mir-Renju Unit, bit-tama li jitnaqqas it-tixrid tal-varjant Omicorn.
Ċittadini u residenti Ġermaniżi jistgħu jidħlu lura mir-Renju Unit, iżda jridu jipprovdu test negattiv u joqogħdu ħmistax kwarantina anke jekk huma mlaqqma.
Dawn il-miżuri se jidħlu fis-seħħ mil-lejla.
Intant, id-Danimarka, Franza, In-Norveġja u l-Libanu wkoll żdiedu fil-lista Ġermaniża ta’ riskju għoli, u għalhekk l-ivvjaġġar mill-pajjiżi msemmija se jkun restritt.