Il-lockdown kien inevitabbli, hekk saħaq il-Prim Ministru Olandiż Mark Rutte, hekk kif mil-lum l-Olanda bdiet b’lockdown.
Rutte ħabbar numru ta’ miżuri f’konferenza tal-aħbarijiet ġimgħa qabel il-Milied.
Fil-fatt fl-Olanda, ħwienet meqjusa mhux essenzjali u postijiet pubbliċi huma magħluqa u se jibqgħu hekk sal-14 ta’ Jannar.
Ingħalqu wkoll l-iskejjel u se jibqgħu bil-bibien magħluqa sa mill-inqas id-9 ta’ Jannar.
Filwaqt li mhumiex permessi li jsiru attivitajiet għajr funerali, swieq fil-miftuħ li minnhom jinbiegħu prodotti tal-merċa u logħod sportiv kompetittiv, iżda mingħajr spettaturi.
Bħalissa, bosta pajjiżi madwar l-Ewropa qed idaħħlu miżuri restrittivi biex inaqqsu l-infezzjonijiet bil-varjant il-ġdid Omicron.