Raġel mill-Mali ta’ 27 sena li joqgħod Ħal Luqa, sofra ġrieħi gravi f’idu wara inċident ġo fabbrika fi Triq Valletta, Ħal Luqa.
L-inċident seħħ għall-ħabta tal-ħdax ta’ filgħodu waqt li kien qiegħed juża conveyor belt.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Fuq il-post immedjatament waslet ambulanza b’tim mediku li ħadet liż-żagħżugħ l-Isptar Mater Dei għal aktar kura fejn ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.
L-investigazzjonijiet tal-pulizija dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.