Il-Ħadd 19 ta’ Diċembru, iċ-ċkejknin Ike u Kaya ser ikun qed jirrapreżentaw lil pajjiżna fl-edizzjoni ta’ din is-sena tal-Junior Eurovision Song Contest li qed titella’ f’Pariġi bil-kanzunetta ‘My Home’
Il-votazzjoni onlajn hija miftuħa u Ike u Kaya, għaddew messaġġ qasir lil poplu Malti biex ifakkruna li nistgħu nivvutaw għal Malta stess.
Segwi il-messaġġ ta’ Ike u Kaya hawn: https://fb.watch/9ZuJ0qORZk/
Biex tivvota għal Malta fil-Junior Eurovision Song Contest ta’ din is-sena, faċli.
1) Idħol issa fuq vote.junioreurovision.tv/
2) Ara l-filmat bil-partijiet minn kull kanzunetta li qed tikkompeti
3) Ivvota lil Malta u żewġ pajjiżi oħra.
Din tista’ ssir darba minn kull ‘device’
Il-kantanti Ike u Kaya qed ikollhom jiem impenjattivi bil-preparazzjonijiet għaddejin ġmielhom biex il-Ħadd jagħtu prestazzjoni mill-aqwa fuq il-palk tal-Junior Eurovision Song Contest. Malta ser tkun qed tkanta fir-raba’ post.
Waqt it-tieni prova tagħhom, il-kantant ġew deskritti li qed iwasslu l-kanzunetta tagħhom bl-aqwa mod possibli.
Segwi hawn it-tieni prova ta’ Ike u Kaya: